Dan l-oroskopju ġie mħejji minn Pauljon, b’sens ta’ osservazzjoni u riflessjoni li jġib miegħu l-enerġiji taż-żodjaku matul dan il-perjodu. Aqra x’jistenniek u ħu ispirazzjoni għal ġranet ta’ ċarezza u bilanċ.
Aries (il-Kbix) – mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għal Aries se tkun ġimgħa fejn trid tagħraf b’mod ċar mhux biss id-direzzjoni ideali għalik, iżda wkoll dik li hija tassew utli. Iddistingwi bejn dak li tixtieq u dak li għandek bżonn.
Aries huma magħrufin għall-ideat pożittivi li jafu jġibu magħhom. Namaste.
Taurus (it-Tawr) – mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Din il-ġimgħa timmarka l-bidu ta’ fażi ġdida għalik. Int għandek l-opportunità li tikber u tiżviluppa. Ipprova żomm id-direzzjoni tiegħek u kompli tibni l-futur tiegħek b’kuxjenza.
Taurus huma magħrufin bħala persuni b’fehma soda. Namaste.
Gemini (it-Tewmin) – mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Għalik, din se tkun ġimgħa ta’ tqassim u bilanċ. Agħraf kif tqassam l-esperjenzi tiegħek u l-enerġija tiegħek bejn dak li għaddejt minnu u dak li ġej.
Gemini huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste.
Cancer (il-Qabru) – mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Wasal iż-żmien li taħdem fuq il-kunfidenza tiegħek. Oħloq ambjent pożittiv ġewwa fik innifsek biex tkun tista’ tmexxi ’l quddiem b’aktar saħħa.
Cancer huma magħrufin għat-tmexxija emozzjonali tagħhom. Namaste.
Leo (id-Dubbien) – mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Din se tkun ġimgħa ta’ determinazzjoni. Anke jekk qed tiffaċċja xi diffikultajiet, tibqax lura. Kompli miexi ’l quddiem b’fiduċja.
Leo huma magħrufin bħala nies b’komunikazzjoni pożittiva. Namaste.
Virgo (l-Għodra) – mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Żmien tajjeb biex tanalizza l-pożizzjoni tiegħek fil-ħajja u tistaqsi lilek innifsek jekk għadhiex tissodisfak. Jista’ jkun wasal il-waqt għal tibdil.
Virgo huma magħrufin għall-moralità u l-preċiżjoni tagħhom. Namaste.
Libra (il-Miżien) – mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iddawwar l-attenzjoni tiegħek fuq il-karriera. Dan hu żmien tajjeb biex tkun aktar iffokat u kunfidenti fid-direzzjoni li qed tieħu.
Libra huma magħrufin għall-impenn fid-dmirijiet tagħhom. Namaste.
Scorpio (l-Għaqreb) – mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru

Ħu ftit ħin għal darek innifsek. Din il-ġimgħa tippermettilek taħseb b’mod ċar u taġġusta ruħek skont dak li għandek bżonn verament.
Scorpio huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Namaste.
Sagittarius (il-Qaws) – mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Uża l-esperjenzi tal-passat biex tifhem x’inhu tassew essenzjali għalik. Ikkonċentra fuq dak li hu ta’ veru importanti.
Sagittarius huma magħrufin bħala nies motivati ħafna. Namaste.
Capricorn (il-Wott) – mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Ħares madwarek u staqsi lilek innifsek x’inhu tassew rilevanti għalik bħalissa. Wasal iż-żmien biex tagħmel għażliet ċari u magħrufin.
Capricorn huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva li joffru. Namaste.
Aquarius (iż-Żir) – mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Issa huwa l-waqt li tanalizza dak li ġara f’dawn l-aħħar ġranet u tiddeċiedi kif se tħares ’il quddiem. Ippjana b’għaqal.
Aquarius huma magħrufin għat-tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste.
Pisces (il-Ħut) – mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Ħu ħsieb it-tqassim tal-enerġija tiegħek bejn ix-xogħol, l-imħabba u l-ħtiġijiet personali. Bilanċ huwa essenzjali.
Pisces huma magħrufin għas-sensittività u l-għarfien emozzjonali tagħhom. Namaste