Mhux okkażjoni tas-soltu li mudell lokali jkun qed jirrapreżenta lil Malta ġo pajjiżu stess. Imma f'Jannar li ġej il-kompetizzjoni ta' Mr World Tourism ħa ssir ġewwa pajjiżna. Il-konkors ħa jkun qed jitmexxa minn Ivan Gaffiero flimkien mad-diretturi barranin.

Madwar 40 kontestant mistennija jaslu fil-gżejjer Maltin sabiex jikkompetu f'dan il-konkors prestiġġjuż. Il-ġuvni ta' 20 sena, miż-Żurrieq ħa jkun qed itajjar il-bandiera Maltija f'Malta stess. Wayne ġie magħżul is-Sibt li għadda waqt serata mill-kumpanija Gaffiero Productions.

Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Wayne l-isbaħ xewqat, ċertament li l-appoġġ tal-Maltin ħa jkun wieħed numeruż u m'għandnix dubju li ħa jaqta' figura tajba mmens. Awguri Wayne.

Ritratt: De Carlo Photography


Emil Calleja Bayliss