Spiteri Lucas Entertainment kellhom aħbar mhxuxdaqstant pjaċevoli minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija li għaddejin minna lkoll bħalissa. 

Ix-xow li jsir f'Jannar issoltu din is-sena se jkollu jinqabeż u jiġi pospost. Deċiżjoni li mhix faċli iżda t-tim kollu ħass li għandu jsir hekk sakemm ikollna żminijiet aħjar.

"Wasalna għal dal-pass b'dispjaċir imma b'sens ta' responsabbiltà. Grazzi ħafna u nittamaw li nirritornaw ma ndumux. Stay safe u grazzi talli dejjem sibnikom warajna. Jekk Alla jrid ma jdumux ma jaslu żminijiet aħjar!"

F'isem Gwida.mt ngħidu prosit kbira lil Spiteri Lucas Entertainment li ħadu din id-deċiżjoni responsabbli minkejja li Jannar se jkun xahar diffiċli għalihom!

Facebook/ Spiteri Lucas Entertainment


Kyle Zarb