Ftit tal-ħin ilu, Teatru Malta qasmu ritratt tat-tim kollu ta' GUTZ, il-produzzjoni li kienet immirata għall-adoloxxenti, tant li daret is-sixth forms f'pajjiżna. Barra minn hekk, il-produzzjoni kienet miftuħa wkoll għall-pubbliku.

Il-pubbliku kellu ċ-ċans li jidħol fil-klassi sabiex jassissti għal din il-produzzjoni li tara lil Michela Galea tinterpreta partijiet ta' għalliema differenti, filwaqt li Miguel Formosa u Miguel Samuel jagħmlu l-parti ta' studenti.

Teatru Malta jiktbu, "It-tim ta’ GUTZ bdew il-vjaġġ lejn l-iSlovenja wkoll! Wara dawra f’Malta mal-iskejjel, imiss li issa jippreżentaw GUTZ ġewwa l-iSlovenja bħala parti minn ETC’s Young Europe IV, li huwa programm kollaborattiv ta’ 3 snin iddedikat biex jespandi l-kanon tal-letteratura teatrali Ewropea. Żur www.europeantheatre.eu għal aktar dettalji."

Il-kitba ta' GUTZ hija ta' Kurt Gabriel Meli u Alex Weenink. Nawguraw lit-tim Malti kull suċċess.


Emil Calleja Bayliss