Fi tmiem il-ġimgħa bdew il-provi tal-Eurovision Song Contest 2024 fejn ilbieraħ waslu fi tmiemhom l-ewwel wirjiet mill-pajjiżi kollha tal-ewwel semifinali. Il-kummenti jidhru pożittivi s'issa u jidher li l-Irlanda u l-Kroazja fost l-iktar li ntlaqtu mil-bieraħ.

Illum imiss it-tieni semifinali, li ħa tkun qed tiftħu Sarah Bonnici għal Malta bil-kanzunetta Loop. Il-ħin tal-ewwel prova tagħha, ġifieri l-ewwel darba li ser tkun qed titla' fuq il-palk grandjuż f'Malmo, huwa fl-10:30 ta' dalgħodu.

Minn qalbna nawgurawlha kull suċċess u l-iktar importanti li tieħu pjaċir f'din l-avventura li għandha quddiemha! Forza Sarah, Forza Malta!

Facebook/ Sarah Bonnici


Kyle Zarb