Minħabba s-sitwazzjoni tat-temp fl-aħħar jiem diġà kien pospost spettaklu l-ġimgħa l-oħra minħabba r-riħ li ġie mwissi minn qabel. Jidher li l-ispettaklu ta' għada ser ikollu jiġi pospost ukoll.

Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, Malta International Fireworks Festival kitbu dwar l-aġġornament.

"Minħabba kundizzjonijiet tat-temp mhux previsti, il-gran finali tal-Malta International Fireworks Festival issa se tixgħel is-smewwiet fit-3 ta’ Mejju minflok fit-30 ta’ April, fil-Port il-Kbir fil-Belt Valletta. Is-sigurtà tiġi dejjem l-ewwel!"

It-tim iwiegħed spettaklu b'għeluq ekstravaganti ta' dan l-avveniment tant mistenni. Xerrdu l-avviż ma' sħabkom.

Facebook/ Malta International Fireworks Festival


Kyle Zarb