Il-paġna lokali Aġġornament tat-Temp, kitbet li nhar il-Ħadd li ġej mistenni riħ qawwi. Wara l-ġurnata xita li għamlet ilbieraħ, kulħadd jinsab xi ftit kurjuż x'temp għandna nistennew. Anke minħabba l-fatt li t-temperatura lbieraħ niżlet għal 10 gradi f'ħin minnhom.

Huma jiktbu, "Il-Ħamis mistenni jkun ftit imsaħħab, b'riħ forza 5 buffuri forza 6 mil- Majjistral. Temperatura l-ogħla tmiss 17 °C u l-inqas 13 °C. Il-Ġimgħa ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna u b'riħ Xlokk forza 3 għal 4. Temperatura l-ogħla tmiss 19 °C u l-inqas 14 °C."

Fi tmiem il-ġimgħa imbagħad jgħidu, "Is-Sibt ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna kulltant u b'riħ Grigal forza 5 li jmiss buffuri forza 6 wara 23:00. Temperatura l-ogħla tmiss 20 °C u l-inqas 15 °C. Il-Ħadd riħ qawwi mill-Grigal forza 7 ser jippersisti sa 15:00. Temp ftit imsaħħab. Temperatura l-ogħla tmiss 21°C u l-inqas 16 °C."

Huma jagħmlu twissija ta' riħ qawwi għal Ħadd li ġej fejn jiktbu li dan ser iseħħ bejn 02:00 u 18:00 b'riħ mill-Grigal Ilvant.


Emil Calleja Bayliss