Il-paġna tat-temp Maltese Islands Weather qasmet ritratt mill-isbaħ tal-baħar u s-sema ċar tal-lum u ħabbret x'inhu mistenni għall-jiem li ġejjin. 

Jidher li dan it-temp xemxi u ċar se nibqgħu nesperjenzawh sa nhar it-Tnejn li ġej, 6 ta' Mejju, imma mit-Tlieta se jerġa' jkun imsaħħab u bix-xita, bħalma kien ftit tal-jiem ilu. 

Tajjeb li nzerta tmiem il-ġimgħa bnazzi ħalli dawk kollha li jħobbu jqattgħuh barra, ikunu jistgħu! 


Marija Bellia