Ilbieraħ filgħaxija, 3 ta' Mejju 2024, ittella' spettaklu tan-nar mill-isbaħ fil-Port il-Kbir bħala ċelebrazzjoni tal-20 anniversarju mis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Oriġinarjament dan kien skedat għat-30 ta’ April imma ġie pospost minħabba r-riħ qawwi li kien previst. 

L-ispettaklu pirotekniku ġab fi tmiemu l-Festival Internazzjonali tan-Nar u ħafna attendew biex isegwuh  minn diversi nħawi fil-Port il-Kbir. Barra minn hekk, saru xi wirjiet minn artisti lokali li żgur ħolqu divertiment għal kull min attenda.

Kien tassew avveniment maġiku fejn il-poplu Malti seta jgawdi l-isbuħija tal-Belt waqt li jitpaxxa bl-ilħna ta' kantanti Maltin u jsegwi l-logħob tan-nar. Ħajr lil dawk kollha involuti. 


Marija Bellia