Innutajt li dan l-aħħar saret iktar diffiċli biex taqla' t-tapp minn mal-fliexken tal-ilma u l-luminata li tkun qed tixrob minnhom?

Iż-żewġ kumpaniji ewlenin tax-xorb ta’ Malta General Soft Drinks (GSD) u Farsons introduċew tappijiet jibqgħu mqabbda mal-fliexken biex jagħmluha aktar faċli għall-konsumaturi biex jirriċiklaw il-flixkun kollu kemm hu.

It-tappijiet tal-fliexken tal-plastik ħafna drabi jintilfu, u jispiċċaw fiż-żibel. L-għan ta' dan id-disinn ġdid huwa li jitnaqqas l-iskart speċjalment dak mormi barra, ngħidu aħna, f'ġonna pubbliċi jew fuq il-bajjiet.

General Soft Drinks spjegaw li dawn it-tappijiet bdew jintużaw fuq il-fliexken tal-ilma Kristal minn Novembru u fuq soft drinks bħal Coca-Cola u Sprite mix-xahar li għadda. Qalu wkoll li 

U kelliem għal GSD qal li d-direttiva se tikkontribwixxi għal ġbir aħjar tal-iskart tal-pakketti u riċiklaġġ fl-industrija tax-xorb.


Marija Bellia