Illum qed jiċċelebra għeluq sninu x-xandar u storiku Malti Charles Xuereb. Charles twieled fl-4 ta’ Mejju tal-1948 u għalhekk illum għalaq 76 sena. 

F’Jannar ta’ din is-sena Charles għalaq 55 sena minn mindu beda jidher fuq it-televixin fl-1969, ftit qabel ma beda fuq ir-radju. Dan kollu wassal għall-karriera li biddlitlu ħajtu tassew u tatu ħafna sodisfazzjon. 

Ix-xogħol ta’ Charles fix-xandir lokali dejjem intlaqa’ tajjeb ħafna mill-pubbliku u dan japprezzah ħafna, tant li jixtieq li jissokta sehmu fix-xandir b’mod pożittiv, fi kliemu, “sakemm indum ħaj.”

Awguri Charles f’dan il-jum speċjali t’għeluq sninek. Gawdih kemm tiflaħ!


Marija Bellia