Il-Jum Internazzjonali ddedikat lill-pumpiera jiġi ċċelebrat kull sena fl-erbgħa ta' Mejju. F'dan il-jum, nonraw lill-irġiel u n-nisa kuraġġużi li ta' kuljum jitħarrġu u jaħdmu f'sitwazzjonijiet perikolużi bin-nar biex isalvaw ħajjiet ħaddieħor, anke jekk ikunu qed jirriskjaw ħajjithom stess! 

Huwa għalhekk li huma magħrufa bħala l-eroj ta’ kuljum. Tkun xi tkun is-sitwazzjoni, jekk hux jitfu n-nirien ħarxa li aċċidentalment jaqbdu f'xi dar jew isalvaw xi familja maqbuda ġewwa fl-inċident, dawn in-nies huma ta' kuraġġ inkredibbli. 

Kemm għandna nkunu grati lejhom u lejn dawk kollha li jagħtu servizz importanti!


Marija Bellia