L-utenti qed jintbagħtilhom messaġġ minn BOV biex joqogħdu attenti dwar ċerti talbiet biex jagħtu dettalji personali bħal numru tal-kont bankarju tagħhom. Din ġrat kemm-il darba fejn klijenti jirċievu xi messaġġ biex jidħlu f'link u jintalbu jagħtu dettalji.

Dawn kollha SCAMs li hawn mas-saqajn sfortunatament. Fil-messaġġ BOV javżaw li, "BOV QATT mhu ħa jistaqsu għad-dettalji tal-kard, pin, kodiċi ta' verifikazzjoni jew passwords permezz tat-telefon jew sms/ email b'xi ħolqa. Attenti minn dawn it-talbiet urġenti."

Xerrdu dan il-messaġġ ma' sħabkom klijenti.

BOV Avviż

Ritratt: SPOT THE SCAM / BOV

Facebook/ BOV


Kyle Zarb