Jidher li Rai ħadu d-deċiżjoni finali u l-belt li ħa tkun qed tospita l-edizzjoni tal-2022 tal-Eurovision, il-belt ħa tkun qed tilqa' artisti mill-Ewropa kollha. Il-kandidatura għall-ispettaklu, destinata li ssir fl-Italja wara r-rebħa ta' Maneskin fl-edizzjoni ta’ din is-sena f’Rotterdam, ġiet imnedija f’Lulju mis-sindku Chiara Appendino wara l-appell minn Rai.

Din hi proprju t-tielet darba li l-Italja ħa tkun qed tospita dan l-ispettaklu wara li ħadu ħsieb l-ispettaklu tal-1991 u l-1965. Ir-rebħa ta' Maneksin tista' titqies waħda storika minħabba l-fatt li l-band irnexxielha tikseb suċċess madwar id-dinja - kemm bil-kanzunetta li rebħet il-Eurovision biha Zitti e Buoni u anke l-kanzunetti I Wanna Be Your Slave u l-kanzunetta Beggin.

Min jaf min ħa jkun qed ittajjar il-bandiera Maltija f'Turin? S'issa għadhom ma ħarġux dettalji ta' kif il-kanzunetta u l-artist Malti ħa jkun magħżul, l-unika aħbar li nafu hi li jidher li din id-darba l-X Factor mhux ħa jagħżel il-kantant rebbieħ.

Facebook / Claudio Ciardi


Emil Calleja Bayliss