Id-drag queen bl-isem ta' Trihanna Wildé nistgħu ngħidu li kisbet popolarità permezz tat-tieni staġun ta' Malta's Got Talent fejn rajnieh jagħti spettakli mimlija kulur u azzjoni.

Dawk kollha li jsegwu x-xena tad-drag queen lokali jafu li Trihanna Wildé baqgħet attiva bi spettakli f'diversi postijiet iżda jidher li ħasset li kien iż-żmien li toħroġ kanzunetta oriġinali tagħha.

Il-filmat tal-kanzunetta jista' jitqies wieħed senswali u ċertament li ġibdet l-attenzjoni minħabba li tagħmel referenza għal dak li kien qal Gordon Manché, il-kanzunetta ġġib l-isem ta' Patata.

Aħna se nħallukom taraw il-kanzunetta u tagħmlu l-ġudizzju tagħkom. Hi ċara li kanzunetta li hi ċertament hi spirata minn kanzunetti li joħorġu artisti tad-drag madwar id-dinja. Tajjeb li wieħed iżomm dan f'moħħu meta jara l-filmat u jisma' l-kanzunetta!


Emil Calleja Bayliss