Id-DJ lokali Manuel Chircop kiteb messaġġ ta’ ringrazzjament u apprezzament fuq il-paġna tiegħu biex jesprimi l-unur li ħass hekk kif intgħażel biex jippreżenta l-attività organizzata mill-klabb tal-Ħamrun Spartans Futbol.
Hu kiteb, “Kien ta' unur kbir għalija li ġejt magħżul biex nippreżenta s-serata tal-bieraħ, l-attivita 'An Evening Of Legacy', organizzata minn Ħamrun Spartans Football Club fejn fihom iċċelebrajna l-50 anniversarju tas-Sur Gaetano Debattista u l-ħames anniversarju tas-Sur Joseph Portelli bħala president. Grazzi mill-qalb lill-ħafna Ħamruniżi li attendew għal dan l-avveniment u Forza Ħamrun Spartans!”
Nawguraw mill-qalb lis-Sur Gaetano Debattista u lis-Sur Joseph Portelli għall-anniversarji tagħhom, u nirringrazzjaw ukoll lil kull min ħa sehem biex din l-attività tkun ta’ suċċess!
Facebook / Manuel Chircop