Destiny se tkun qed tivvjaġġa lejn Basel għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Eurovision Song Contest bħala mistiedna speċjali. Għalkemm ma kixfitx ħafna dettalji dwar l-esebizzjoni tagħha, hu mistenni li tkanta All of My Love, il-kanzunetta li kienet se tirrappreżenta lil Malta biha fl-2020, sena li fiha l-Eurovision ġie kkanċellat minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Fl-istess serata, mistennija wkoll jitilgħu fuq il-palk diversi artisti oħra li kienu se jikkompetu fl-2020, f’ċelebrazzjoni speċjali tal-mużika li qatt ma kellha l-opportunità tinstema’ fuq il-palk tal-Eurovision. Destiny, li dejjem impressjonat bil-vuċi u l-karattru enerġetiku tagħha, hija mistennija tagħti spettaklu memorabbli għal dan il-mument uniku.

Nawgurawlek Destiny. Kompli għamilna kburin!


Emil Calleja Bayliss