Wara 25 sena jipproduċu xows f’Malta li ferrħu bihom eluf ta’ nies, wasal iż-żmien li dan id-duo komiku jinfired u jieħu toroq differenti. Dan se jkun l-aħħar spettaklu tagħhom flimkien. Diġà attendew mijiet ta’ nies għar-rappreżentazzjonijiet li tellgħu, iżda issa waslu għall-aħħar żewġ dati: it-2 ta’ Mejju f’Malta u l-25 ta’ Mejju f’Għawdex.

Dan ix-xow fih ftit minn kollox – ir-rakkonti ta’ Daniel u Sander, x’għaddew minnu, il-firda tagħhom u kemm hi kkumplikata l-ħaġa li tinfired. Hekk kif tinstema’ serja, dan kollu jiġi rrakontat b’doża qawwija ta’ umoriżmu u kummenti tad-daħk. Se jkun hemm ċans taraw karattri bħal Fuzzy, Vinny, il-Warden, Josh u Sean f’sitwazzjonijiet ġodda u differenti. Il-Fuzzy irtira mill-parties, Vinny se jispiċċa bla xogħol, il-Warden qabad jagħmel dieta, u Josh u Sean qed jiskopru kif isiru l-Babies!

Taħlita ta’ sketches, parteċipazzjoni mill-udjenza u daħk bla waqfien, b’tmiem li żgur se jġib tbissima – jekk mhux demgħa żgħira wkoll. Għall-biljetti: www.danusan.com. Titilfuhx – għax dan hu veru tal-aħħar!


Gwida.mt