Għall-partitarji ta’ Heartstopper, is-serje tant maħbuba li ħalliet impatt qawwi fuq il-qlub ta’ ħafna, hemm aħbar li nisslet ferħ u niket fl-istess waqt. Wara tliet staġuni ta’ emozzjonijiet sinċieri, relazzjonijiet li jmissu l-qalb, u rappreżentazzjoni pożittiva tal-LGBTQ+, ġie kkonfermat li Heartstopper se jasal fi tmiemu u dan mhux qed ikun isir permezz ta' staġun ieħor.
L-istorja se tkompli u se tintemm permezz ta’ film. Il-moħħ wara din is-serje, Alice Oseman, qalet li dan il-pass se jagħti konklużjoni xierqa u emozzjonali għall-vjaġġ ta’ Nick u Charlie, u dawk kollha li għoġobhom jidħlu u jsiru parti minn din id-dinja sinċiera.
Filwaqt li s-segwaċi forsi kienu qed jittamaw għal staġuni oħra, il-film jista’ jkun mod ideali biex tingħalaq l-istorja ta’ Heartstopper li kienet tant speċjali għal diversi segwaċi.
Facebook / Heartstopper