Minn 124 kanzunetta, issa għandna total ta' 40 kanzunetta semifinalista li ser jikkompetu quddiem il-ġurija f'Mejju li ġej. Din hi l-lista f'ordni alfabetika tal-kanzunetti li għaddew għas-semifinali ta’ L-Għanja tal-Poplu:

Il-Kanzunetti Semifinalisti 2025 (f’ordni alfabetika):

  • Aħfirli
  • Awstronata
  • Bħal Aħwa
  • Big Brother
  • Ċar
  • Ebda Ħajt
  • Ersaq ‘L Hawn
  • Fis-Skiet
  • Għad Għandha Erba’ Snin
  • Għala Jiena
  • Immorru
  • Inħobbok Wisq
  • Int Kapaċi
  • Jekk Forsi
  • Karbet Ġaħan
  • L-Għanja tat-Tfal
  • Li Kieku
  • L-Ilsien Malti
  • Mal-Kurrent
  • Meta Lilek Tajtek Fjura
  • M’intix Waħdek
  • Moħħi Mistrieħ
  • Nanna Prinċipessa
  • Narakom L-Infern
  • Nifhem Ma Nistax
  • Niġġudikaw
  • Oħlom
  • Passi
  • Perla
  • Qalbi
  • Sinfonija
  • Skuri u Ċari
  • Sqaq Numru 40
  • Tgħid X’Se Nsib
  • Titbaqbaqx
  • Toninu
  • Valletta Ġrajjieti
  • Venven
  • Vjaġġ
  • Xejn M’Għadu L-Istess

Is-semifinalisti ser jikkompetu fil-fażi li jmiss fis-17 u 18 ta’ Mejju 2025, u ħa jinterpretaw il-kanzunetti tagħhom live quddiem il-ġurija. Il-finali ta' L-Għanja tal-Poplu 2025 se jittella’ fit-2 ta’ Awwissu 2025 fi Pjazza Teatru Rjal, bil-kollaborazzjoni tal-Malta Concert Orchestra.

Il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu, b’kollaborazzjoni mal-Malta Concert Orchestra u Pjazza Teatru Rjal. L-Għanja tal-Poplu huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Facebook/ L-Għanja Tal-Poplu


Kyle Zarb