Fil-ħajja ta’ kuljum l-ippjanar huwa tajjeb b’mod ġenerali iżda huwa aktar ta’ importanza jekk wieħed ikun ser jagħmel vjaġġ fejn fih jista’ jiltaqa’ mat-traffiku. Fost dawn il-vjaġġi hemm dawk lejn il-vapur t’Għawdex u dwar dan ħarġu messaġġ importanti Trasport Malta li tajjeb kieku kulħadd jagħti widen għalih.

Huma qalu, “Qed tippjana vjaġġ lejn Għawdex fil-jiem li ġejjin? Transport Malta tirrakkomanda l-użu ta’ rotot alternattivi minħabba xogħlijiet neċessarji li qed isiru bħalissa fl-inħawi taċ-Ċirkewwa. It-traffiku kollu għall-vapur t'Għawdex se jkun qed jgħaddi minn Triq Wied Musa u Triq il-Latnija.”

Temmew jgħidu, “Kemm jekk int residenti jew turist, ftit ippjanar jista' jagħmel il-vjaġġ tiegħek aktar faċli.”

Facebook/Gozo Channel Operations Limited


Charlton Cefai