Kif tafu lbieraħ awgurajna lill-kantant lokali maħbub Fabrizio Faniello hekk kif iċċelebra għeluq sninu. Wara tant awgurju li rċieva u messaġġi sbieħ, Fabrizio xtaq jaqsam ħsieb mill-isbaħ li jgħodd għalina lkoll.

"Xtaqt nirringrazzja lil Alla talli selifli sena oħra biex ingawdi l-aktar għeżież tiegħi. Tinsiex tapprezza dak kollu li għandek f’ħajtek. Dak hu l-akbar rigal li tista’ tagħti lilek innifsek f’għeluq sninek." Fabrizio jinsab ħerqan biex tiġi mnieda l-kanzunetta Sal-Aħħar Nifs flimkien ma' oħtu Claudia Faniello u ma' Owen Leuellen b'risq DAR Bjorn.

Awguri mill-ġdid għażiż!

Facebook/ Fabrizio Faniello


Kyle Zarb