Illum qed jiċċelebra għeluq sninu ħu l-kantanta lokali Destiny Chukunyere, Isaiah. Hu llum għalaq 19-il sena, u ommu Alexia kitbet messaġġ mill-isbaħ għall-okkażjoni.

Alexia tesprimi kemm hi kburija b'Isaiah u kemm hi grata għall-imħabba u r-rispett li dejjem juri lejha u lejn il-familja. "19-il sena!... meta nħares lejk qalbi timtela hena u kburija." Alexia tistqarr kemm hi kburija bir-raġel li sar binha, bil-valuri sbieħ kollha li ġie mogħti.

Tawguralu li jkollu s-suċċess li jixtieq u li jilħaq l-għanijiet kollha tiegħu f'ħajtu. Awguri minn qalbna Isaiah f'isem Gwida.mt!

Facebook/ Alexia Chukunyere


Kyle Zarb