Illum tiċċelebra għeluq sninha wkoll Haley Azzopardi. Lil Haley matul l-aħħar snin speċjalment rajnieha f'diversi festivals lokali fosthom Mużika Mużika u l-Malta Eurovision. Haley kienet rebħet is-sensiela Mużika Mużika - Il-Vjaġġ Ikompli.

Omm Haley, Lucienne Azzopardi kitbet messaġġ mill-isbaħ għall-okkkażjoni. 

"Awguri f'gheluq sninek gawhra taghna. Daqshekk teenager issa. Lanqas irid nemmen li ghaddew ghoxrin sena minn dik il-gurnata tant specjali li tant ghamiltna ferhanin. F'illi tarbija ckejkna ckejkna u f'illi tfajla grazzjuza li taspira li twettaq il-Holm taghha ! Haley ibqa ghix il-holm tieghek u taqta qalbek qatt ! Taf li ahna dejjem hemm ghalik. Inhobbuk  u kburin wisq bik  qalbi"

Awguri minn qalbna għażiża!


Kyle Zarb