Il-kantanta lokali Valeria Sultana (Marie Valerie) b'ferħ kbir reġgħet kitbet dwar suċċess ieħor li kiseb il-ġeru tagħha Flay De Cristal. Flay minn Malta, rebaħ l-unur World Winner Puppy 2024.

"Iż-żgħiru tiegħi Dan-Star-Kom Flay De Cristal reġa' għamel lil pajjiżna kburi!," kitbet Valeria.

Ftit ilu Flay kien ġie fit-tieni post fost il-ġriewi kollha tad-dinja waqt kompetizzjoni bl-isem FCI International Spring Dog Show CACIB Zagreb. Hu klassifika fit-tieni post fil-kategorija Best in Show Puppy.

Marie Valerie u Flay

Ritratt: Facebook/ Marie Valerie

Mill-ġdid Valeria għamlet ir-ringrazzjamenti tagħha lejn kull min kien ta' sapport mill-bidu sal-aħħar fosthom Lyudmila Komyakova, li ħadet ħsieb fost l-oħrajn id-dehra tal-ġeru, kif ukoll tirringrazzja lill-ġurija talli wrew tant imħabba u fiduċja.

Prosit Flay! Ejja ħa nisimgħu b'aktar suċċessi! Araw il-filmat HAWN 

Valeria Sultana


Gwida.mt