Il-kantawtur Mark Spiteri Lucas jiftakar fil-jum li fih sar missier, żgur li dan il-jum iġib memorji mill-isbaħ għal Mark u l-familja kollha tiegħu. Fuq il-mezzi soċjali tiegħu hu jawgura lil bintu Greta l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha.

F'dan il-jum speċjali għalih u martu Sharon hu jikteb, "Kif tar iż-żmien. Tnax-il sena ilu r-rigal tal-Milied waslilna tliet ġimgħat wara. Happy birthday Greta mingħandi u mingħand il-mamà. Inħobbuk ħafna... Ibqa' dejjem umli u aħdem biex tasal fejn tixtieq. Lilna dejjem ħa ssibna warajk."

F'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Greta l-isbaħ xewqat. Nittamaw li jkollha jum mimli b'dak li tixtieq qalbha u sena fantastika b'ħafna avventuri pożittivi. Awguri Greta!


Emil Calleja Bayliss