Fuq il-mezzi soċjali George Joseph Cefai jħabbar il-mewt ta' Tereża tal-Qajru. Persuna li kienet magħruf sew fil-raħal taż-Żebbuġ, f'Għawdex.

George Joseph Cefai jibda billi jgħid, "Tmut Tereża tal-Qajru – Ir-raħal taż-Żebbuġ kmieni dalgħodu tilef lil waħda minn uliedu – benefattriċi tal-parroċċa, tal-għaqdiet li jsawruha u spalla lil dawk ‘siekta’ li fittxew lilha jew lil familja tagħha matul is-snin."

Hu jkompli, "Dan nista' nistqarru jien bla tlaqliq speċjalment matul l-20 sena tiegħi, 15 minnhom bħala president, li għamilt fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija tar-raħal tagħna bejn l-1995 u l-2015. Tereza Cefai, għenet b’mod finanzjarju lil din l-Għaqda Mużikali u b’appoġġ morali mingħajr ebda kundizzjoni."

George Joseph Cefai jżid, "F’dawn l-aħħar snin, Tereża kienet issegwi regolari Radju Għażżiela, speċjalment il-qari tan-novelli minn Colombia Cefai u l-programmi Lil Hinn mill-Għolja – Beyond the High Hill. Dan kienet issostnih miegħi kull darba li kont niltaqa' magħha u tħeġġiġni biex dawn il-programmi jkomplu jsiru. Ngħati l-għomor lill-uliedha kollha u lil membri tal-familji tagħhom."

Hu jtemm jgħid, "Kristu li huwa l-faraġ ta’ dawk li jibku lill-għeżież tagħhom mejtin, issa jgħati wkoll s-Sliem Etern lil Tereża."


Emil Calleja Bayliss