Il-paġna lokali Maltese Islands Weather tgħaddi aġġornament tat-temp li għandna nistennew illum. Huma jiktbu, "It-Tlieta 30 ta’ April 2024 - It-temp ċlampu bix-xita waranofsinhar u filgħaxija. Ix-xita ħafifa tkun bir-ramel."

Huma jżidu, "L-ogħla mal-jum 21°C u l-anqas illejla 16°C. Ir-riħ Lvant Forza 5 għal 6, b'buffuri sa Forza 7, sa tard filgħodu. Isir Xlokk il-Lvant Forza 3 għal 4 waranofsinhar, b'buffuri waqt ix-xita."

Tajjeb li wieħed iżomm ruħu infurmat dwar it-temp li għandna nistennew matul il-jum. Dalgħodu saħansitra ġie rrapportat li hemm it-traffiku lejn il-vapur ta' Għawdex, kemm minn Malta u anke mill-gżira Għawdxija. Jidher li t-temp qed iħalli effett tiegħu anke fuq it-traffiku.


Emil Calleja Bayliss