In-narratur fuq il-paġna Ftit Minn Kollox fetaħ qalbu permezz ta’ storja emozzjonali.
Kiteb, “Tlift iż-żewġ ġenituri waqt il-Covid. It-tnejn riduni nsir avukat biex inkompli t-tradizzjoni tal-familja, u għamlu sagrifiċċji kbar biex iħalluni nistudja. Kont traskurat, waqaft fl-aħħar sena tal-kors, u qatt ma spiċċajt il-lawrja tal-liġi. Iddiżappuntajt bil-kbir lill-ġenituri tiegħi, u għal snin twal ġarrejt dan ir-rimors ġewwa fija. Imbagħad sibt impjieg ma' kumpanija tal-gaming, fejn stajt navvanza ħafna 'l quddiem. Iżda anke hawn l-affarijiet ma marrux kif stennew il-ġenituri tiegħi.”
Żied jgħid, “Meta għedtilhom li kont se nħalli dan l-impjieg biex naħdem fil-garaxx ta' ħabib tiegħi, kienet it-tieni traġedja. Għal sentejn jew tlieta, ma kellmunix. Għal ħafna snin m'għamiltx ħafna flus. Din is-sitwazzjoni ġegħlitni nfittex opportunitajiet ġodda. Fhimt li biex tirnexxi u tasal, trid tkun iffukat. Minn dejjem togħġobni l-idea li nagħti servizz, u kont determinat li nasal. Dħalt l-ITS, u fl-istess ħin bdejt naħdem f'lukanda biex nikseb l-esperjenza fil-qasam tal-ospitalità. Illum General Manager f'lukanda ewlenija fejn inħoss li sibt lili nnifsi. Ix-xogħol huwa għal qalbi ħafna, għax minbarra l-isfidi li joffri, ilaqqgħek ma' nies differenti kuljum. Riċentement ħadt loan mill-bank u xtrajt id-dar tiegħi. Dan kien tragward ieħor li lħaqt f'ħajti.”
Kompla jikteb, “Fil-ħajja nagħmlu ħafna deċiżjonijiet ħżiena, b'uħud minnhom ikunu frott tan-nuqqas ta' maturità jew mumenti ħżiena li nkunu għaddejjin minnhom. Iżda m'għandna qatt naqtgħu qalbna. Ma tistax tibqa' tibki l-passat, trid ixxammar il-kmiem u taħdem.”
Facebook / Ftit minn kollox