Il-lingwaġġ fuq is-social media qed jevolvi b’ritmu mgħaġġel, speċjalment fost iż-żgħażagħ. Ilbieraħ, waqt il-programm AWLA li ddiskuta l-bullying, semmew propju dan is-suġġett. Tajjeb li nkunu nafu l-mod ta' kif qed jitkellmu ż-żgħażagħ fuq il-midja soċjali u t-tifsira li kapaċi jkollhom ċerti simboli jew emojis li qed jużaw.
L-emojis saru parti importanti mill-komunikazzjoni online – jistgħu jesprimu emozzjonijiet varji, ironija, jew saħansitra insulti b’mod sottili. Pereżempju, l-emojis tal-qlub b'kuluri differenti sar għandhom tifsira varja għal dawk li jużawhom.
Lingwaġġ bħal dan jista’ jkun diffiċli biex jinftiehem minn adulti, u xi drabi jista’ jintuża wkoll biex jgħatti messaġġi ta’ bullying jew pressjoni soċjali. Għalhekk, huwa importanti li kemm il-ġenituri, kif ukoll l-edukaturi jkunu infurmati dwar dawn ix-xejriet, biex ikunu jistgħu jifhmu aħjar l-esperjenzi taż-żgħażagħ fuq dawn il-pjattaformi.
Il-komunikazzjoni online qed tinbidel – u jeħtieġ li nibqgħu naqraw bejn il-linji, anke meta dawk il-linji jkunu ftit ikkuluriti.