Tliet saċerdoti ġodda ser ikunu qed jingħaqdu mal‑Knisja f’Malta nhar is‑Sibt, 20 ta’ April 2024.

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jkun jordna saċerdoti lil dawn it-tlieta:

  • Rev. Malcolm John Saliba mill‑Parroċċa ta’ Santa Marija Mtellgħa s‑Sema f’Ħ’Attard
  • Rev. Karl Andrew Schembri mill‑Parroċċa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija fil‑Mellieħa
  • Rev. Rob Rizzo SJ mill‑Kumpanija ta’ Ġesù.

Nhar is-Sibt se ssir quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta fid‑09:30 ta' filgħodu. Din ser tixxandar fuq HAWN Knisja.mt. F'isem Gwida.mt nawgurawlhom!


Kyle Zarb