Il-kundizzjonijiet tat-temp, b'riżultat tat-tisħin globali u effetti oħra, diġà qegħdin narawhom jinbidlu tul is-snin. Imma mistenni jasal żmien fejn l-ispeċi umana u l-mammiferi jispiċċaw estinti minħabba l-gravità tal-qagħda fuq id-dinja. Bażikament il-pjaneta tagħna tispiċċa inabitabbli għalina,  u x'aktarx minħabba fina stess. 

Ir-riħ ikun jonfoħ b'temperaturi ta' taħt l-10 gradi Celsius li jkun kapaċi jkisser l-għadam, u t-temperaturi medji ta' kuljum jibdew ikunu bejn l-40 u l-50 grad Celsius. Barra minn hekk jiżdiedu ħafna l-iżbroffi tal-vulkani, li jwasslu għal ħafna djossidu tal-karbonju fl-atmosfera. 

L-unika ħaġa pożittiva li wieħed jista' jieħu minn dan kollu huwa li l-istudju jgħid li dan se jiġri fil-bogħod ħafna minn issa; fi żmien li aħna żgur mhux ħa nesperjenzaw - madwar 250 miljun sena minn issa. 

Però xorta waħda importanti li nibdew minn issa nindirizzaw il-kriżi tal-klima li ilha li bdiet b'riżultat tal-emmissjonijiet tal-gassijiet serra (greenhouse gases) fl-atmosfera. Nieħdu ħsieb! 


Marija Bellia