L-istorja tas-serje riċenti fuq Netflix, Baby Reindeer, titratta dwar raġel li spiċċa segwit (stalked) minn mara li ltaqa' magħha fil-bar fejn kien jaħdem. L-esperjenzi li jidhru fis-serje huma kollha reali u ġraw lil Richard Gadd li propju huwa l-attur prinċipali tas-serje bl-isem Donny Dunn. 

Minkejja li Richard Gadd talab lis-segwaċi biex ma jispekulawx min huma l-karattri fil-ħajja vera, ħafna nies fittxew kemm felħu u sabu xi persuni li kapaċi għandhom rabta mal-ġrajjiet fis-serje. 

Fosthom, Fiona Harvey hija ssuspettata li hija 'Martha' fil-ħajja veru - dik il-mara li kienet tissendika lil Richard kull fejn ikun, u tibgħatlu mijiet ta' emails u messaġġi.

Sfortunatament Fiona spiċċat f'sitwazzjoni ta' abbuż u fastidju minn ħafna nies, inkluż tħeddid. Meta tkellmet ma' The Daily Mail qalet li qed tippjana li tħarrek lil Netflix talli qed ixandar din l-istorja. 

Intom segwejtuh Baby Reindeer?


Marija Bellia