Filli tkun miexi għall-affari tiegħek fit-triq u filli tispiċċa attakkat u maqtul b'xabla. Sfortunatament, dan it-tifel ta' 14-il sena hekk ġralu. 

Ftit qabel is-7 ta' dalgħodu stess, waqt li kien f'waħda mit-toroq tal-Lvant f'Londra, attakkah raġel ta' 36 sena b'xabla. L-istess raġel attakka wkoll żewġ pulizija u żewġ persuni oħra. Il-ħames vittmi ttieħdu l-isptar imma l-ġuvni ta' 14-il sena spiċċa tilef ħajtu. 

Kemm l-awtoritajiet, kif ukoll il-Prim Ministru tar-Renju Unit, qalu li inċident bħal dan huwa xokkanti u mhuwiex postu fit-toroq tal-pajjiż. Il-Prim Ministru rringrazzja lis-servizzi tal-emerġenza għar-rispons kontinwu tagħhom, u lill-pulizija li wrew qlubija straordinarja fuq il-post."

Jistrieħ fis-sliem! Nittamaw li l-vittmi l-oħra ma jdumux ma jkunu aħjar. 


Marija Bellia