Illum hi data importanti u speċjali għal Claudette Buttigieg u żewġha David. Kien bħal-lum li huma qalu s-signor si u taw kelma lil xulxin biex jingħaqdu fiż-żwieġ. Claudette kitbet messaġġ mill-qalb għall-okkażżjoni.

"22 sena ilu għidna 'Iva rrid' - Kien vjaġġ vast, imma ma ridtux ikun differenti. Grazzi minn qalbi għażiż David - inħobbok." Xerrdet anke ritratt għall-okkażjoni meħud propju f'dik il-ġurnata indimentikabbli.

Awguri minn qalbna f'isem Gwida.mt! Nixtiqulkom aktar snin ta' saħħa, hena, imħabba u kulma tixtieq qalbkom!


Kyle Zarb