Fuq il-paġna tagħha Innocent Paws - Maria D'Amato, qasmet ritratt ta' ġeru żgħir ħelu li iktar kmieni tahulha xi ħadd biex jiġi addottat. 

Maria kitbet "Ftit sigħat ilu ġie xi ħadd iħalli 'l dan iċ-ċkejken. Qalli li sabu barra.. imma jien m'iniex stupida. Il-ġeru veru nadif u għandu riħa tfuħ! Kitbet li semmietu Wenzu, imma tinsab iddispjaċuta għax dan il-ġeru li bilkemm għandu 8 ġimgħat diġà qed jaffaċċja l-abbandun! 

Spjegat ukoll li se tieħdu għand il-vet dalwaqt, imma kemm jista' jkun malajr għandu bżonn isib familja ġdida ma' min jibda ħajja ġdida mimlija mħabba. 


Marija Bellia