Għadda kważi xahar minn meta Maneskin rebħu l-Eurovision tas-sena 2021. Madankollu, is-suċċess tagħhom għaddej ġmielu, u dan mhux bil-kanzunetta li rebħu l-Eurovision Song Contest biss iżda b'kanzunetti oħra. v

Huma għandhom tliet kanzunetti fil-Billboard Global Chart u mistennija wkoll jiksbu post mal-aqwa għaxar kanzunetti mixtrija fir-Renju Unit. Suċċess uniku għall-artist li ħareġ mill-Eurovision Song Contest.

Fil-Billboard Charts it-Taljani ngħaqdu ma’ Barbara Pravi ta’ Franza u Go_A tal-Ukraina fl-ewwel ġimgħat iżda dawn m'għandhomx jidhru filwaqt li t-Taljani jinsabu hemm b'żewġ kanzunetti oriġinali u cover tal-kanzunetta Beggin li kienet ta' suċċess ukoll għal Four Seasons u Madcon.

Zitti E Buoni u I Wanna Be Your Slave qed iżidu fil-popolarità tagħhom. Il-kanzunetta I Wanna Be Your Slave tinsab fit-18-il post meta ma jikkalkulawx l-Istati Uniti u fid-29 post meta jikkunsidraw l-Istati Uniti. Filwaqt li l-kanzunetta rebbieħa tal-Eurovision Song Contest Zitti E Buoni tinsab fl-20 post fl-ewwel klassifika, u fis-36 post fit-tieni klassifika.

Din hi xi ħaġa inkreddibli li ilha snin twal ma tiġri b'rebbieħ tal-Eurovision Song Contest. Il-grupp ilu jaħdem snin u qatt ma ħares lura wara li spiċċa fit-tieni post ta' X Factor Italia fl-2017.

Facebook / Maneskin


Emil Calleja Bayliss