Kemm ngħarrfukom li jekk tidħol fuq il-paġna uffiċjali ta' Mużika Mużika HAWN tista' ssegwi  anke l-lirika ta' kull kanzunetta. Xi ħaġa sabiħa li tammira u rapprwzza aktar il-kanzunetta hekk kif tifhem aktar il-messaġġ tal-kliem waqt li taqrah.

Artist: Gianluca Bezzina | Kompożitur: Philip Vella | Awtur: Joe Julian Farrugia

Kanzunetta ta’ mħabba b’messaġġ ħelu fejn il-protagonist qed ifaħħar lill-maħbuba tiegħu li jara sabiħa f’kull aspett, kemm meta tkun ferħana u saħansitra meta tkun irrabjata. Sabiħa tirrifletti l-emozzjonijiet ta’ bejn żewġ maħbubin li minkejja t-tlugħ u l-inżul tal-ħajja, xorta waħda jibqgħu jgħożżu lil xulxin. Din il-kanzunetta bi stil ballad modern, hija waħda għal qalb Gianluca, tant li jiddedikaha lill-imħabba ta’ ħajtu, martu Vanessa.

Artist: Avenue Sky | Kompożitur: Pamela Bezzina | Awtur: Joe Julian Farrugia

Xorta Int hija ballad bi stil pop b’messaġġ li jmiss il-qlub. Is-suġġett ta’ din il-kanzunetta huwa il-qawwa tal-imħabba bla qies li tgħeleb kull diffikulta u kull ostaklu u tħobb fi kwalunkwe ċirkostanza. Il-kanzunetta titkellem dwar id-diffikultajiet li ġġib magħha d-dimensja kemm għall-persuna li qed tbati minnha kif ukoll għall-dawk qrib tagħha li minkejja kollox jibqgħu jinħabbu. Avenue Aky iwasslu messaġġ ta’ tama lil min għaddej minn l-esperjenza kiefra. M’hemm l-ebda’ imħabba ikbar milli tibqa’ tħobb u tieħu ħsieb persuna li magħha għext esperjenzi mill-isbaħ iżda llum nesietek kompletament.

Artist: Jasmine | Kompożitur: Glenn Vella | Awtur: Philip Vella

Imħabba veritiera hija meta tkun lest li taċċetta lill-persuna bid-difetti kollha tagħha. L-imħabba hija bbażata fuq stima reċiproka lejn xulxin, bla kundizzjonijiet, kemm fit-tajjeb u kemm fil-ħażin mingħajr ħadd mill-maħbubin ma’ jippretendi li għandu jinbidel biex l-imħabba tkompli. M’Hawnx Bħalek hija kanzunetta miktuba fuq stil electropop, fejn vokalment Jasmine jirnexxilha twassal l-emozzjoni splussiva li ġġib magħha mħabba bla qies.


Kyle Zarb