Abby Hensel li għandha 34 sena minn Minnesota fl-Istati Uniti riċentament ingħaqdet fiż-żwieġ mal-maħbub tagħha Josh Bowling. Abby hija tewmija konġunta fejn bażikament taqsam kull mument ta’ ħajjitha ma’ oħtha hekk kif dawn it-tewmin għandhom ġisem wieħed.

Abby u Brittany huma fost il-ftit tewmin konġunti li rnexxielhom jgħixu fejn kisbu fama mondjali hekk kif qasmu fuq it-televiżjoni ftit mill-akbar mumenti ta’ ħajjithom bħal ngħidu aħna meta gradwaw u meta kienu qed ifittxu xogħol.

F’bosta ntervisti tkellmu u qalu li waħda mill-aħbar xewqiet tagħhom hija li jsibu l-imħabba ta’ ħajjithom u ftit tas-snin ilu Abby irnexxielha. It-tnejn tkellmu wkoll fuq ix-xewqa li xi darba jsiru ommijiet. Huma jaħdmu bħala għalliema ġewwa skola u dejjem sostnew li huma ferħanin bil-ħajja tagħhom!


Charlton Cefai