Fuq il-paġna uffiċjali tal-Forzi Armati ta' Malta ġie mħabbar li dalgħodu żewġ persuni kellhom bżonn l-għajnuna f'Wied iż-Żurrieq. It-tim issejjaħ u immedjatament marru għas-salvataġġ.

"Aktar kmieni dalgħodu, il-Forzi Armati ta’ Malta rċevew telefonata fuq 112, hekk kif żewġ persuni sabu ruħhom f’diffikultà fil-baħar f’Wied iż-Żurrieq u kellhom bżonn l-assistenza. Il-Malta Rescue Coordination Centre immedjatament bagħat ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta u salva lill-persuni b’suċċess."

Huma ntbagħtu b'mod sigur għand l-istaff mediku għal aktar attenzjoni medika. Il-Forzi Armati ta’ Malta tħeġġeġ lill-pubbliku kollu biex dejjem isegwi t-twissijiet tat-temp li jinħarġu għas-sigurtà tiegħu. Ma nixbgħux ngħidu GRAZZI lil dawn l-eroj.

Facebook/ Malta Weather


Gwida.mt