Bjorn Formosa qasam kelmtejn dwar diffikultà oħra li qed jaffaċċja - il-problema biex jikkomunika. "Ma nistax nitkellem aktar," jitkeb Bjorn.

"In-nies ma jistgħux jisimgħuni... li nitlef il-vuċi tiegħi hi diżabilità oħra miżjuda li poġġietni f'sitwazzjoni diffiċli," jikteb Bjorn. Bjorn jisħaq li madwaru hemm bosta nies li jew ma jistgħux jisimgħuh u jikkomunikaw miegħu, jew issib min mhux qed jifhem x'vera għandu bżonn jgħid.

"L-ALS hija l-agħar tal-agħar. Bil-mod il-mod tneħħi kollox, imma fl-istess ħin tagħtini motivazzjoni inkredibbli biex inkompli niġġielidha," ikompli jikteb Bjorn. Qasam anke ritratt riċenti ta' Bjorn li wara snin sħaħ għadu qed jikkumbatti b'kuraġġ.

Bjorn iħabbar li fnhar it-22 ta' Settembru li ġej ser ikunu qed itellgħu maratona b'risq DAR Bjorn. "Tista' turi l-appoġġ tiegħek minn issa billi tibgħat donazzjoni b'SMS fuq 50619271 għal €11.65 jew permezz ta' BOV Mobile Pay fuq 7909 6249 jew Revolut fuq 7920 9420. Grazzi dejjem tal-għajnuna!"

Kuraġġ għażiż - ilkoll warajk!

Facebook/ Bjorn Formosa


Kyle Zarb