Ilbieraħ fuq il-mezzi soċjali tħabbret il-mewt tal-eks kunsillier f'Marsaxlokk Richard Farrugia. Kienet proprju ibnu Ancel li kiteb, "Tislima lil missieri nhar il-Ġimgħa 26 ta' April fid-9:30 fil-knisja Tal-Madonna ta' Pompei, Marsaxlokk. Tislima lil dan il-ġentlom."

Il-ġurnalist Sandro Mangion jikteb, "Is-sliem, għażiż Richard. Minn mindu lqajtni f'darek daqslikieku kont ibnek f'nofs is-snin tmenin, dejjem bqajt għalija bniedem speċjali. Daqshekk tbatija. Ma ninsewkx. L-għomor, għeżież Ancel, Uriel, u l-familja kollha."

F'isem it-tim ta' Gwida, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna u nsellmu l-memorja ta' Richard. Nittamaw li l-familja ssib is-sabar li tant għandha bżonn f'dawn il-mumenti. Strieħ fis-sliem għażiż! Żgur li x-Xlukkajri jirringrazzjawk tal-ħidma tiegħek u jsellmulek.


Emil Calleja Bayliss