Gillian Attard, wiċċ li sar sinonimu mal-kantanti lokali u s-suċċess tagħhom. Rajnieha tieħu ħsieb kantanti li waslu sal-Junior Eurovision Song Contest, waslu sal-Eurovision Song Contest, rebħu The Voice Kids, X Factor u saħansitra Malta's Got Talent. Iżda wara l-għalliema tal-vuċi hemm storja li forsi ftit jafu.

Tul il-podcast ħa jkollkom iċ-ċans li ssiru tafu lil Gillian Attard aħjar, tiskopru min hi u x'wassal għal karattru tagħha llum. Bl-iktar mod onest titkellem dwar ċerti esperjenzi li għaddiet minnhom f'ħajjitha, esperjenzi li ħallew impatt kbir fuqha, fuq ħajjitha u fuq il-ħajja ta' dawk madwarha li huma fost l-aktar nies għeżież għaliha.

Hi titkellem dwar it-telfa ta' ommha u kif din ħalliet effett fuqha, effett li għadha tħossu sal-lum il-ġurnata. Hi titkellem dwar ir-relazzjoni li kellhom il-ġenituri tagħha, ir-relazzjoni speċjali li kellha man-nanna u kemm din kienet tieħu ħsiebha, u anke titkellem dwar xi tħoss kull meta kienet tiddeċiedu li tqaxxar xagħrha.

Qabel Gillian bdiet bis-suċċessi li nafu bihom, għaddiet minn żmien ferm iebes. Żmien li kienet tqatta' l-ħin tara biss Ugly Betty, karattru li kienet tassoċċja ruħu magħha mmens. Hi kienet torqod waqt il-ġurnata u tibqa' mqajma matul il-lejl. Araw xi tgħid fil-filmat t'hawn taħt!

Ingħaqdu magħna biex isegwu l-episodju li jmiss ta' Kellymni bi preżentazzjoni ta' Melanie Kelly, għada it-Tnejn 6 ta' Mejju, mit-20:00 'l quddiem.


Emil Calleja Bayliss