Arnold Farrugia, il-ġuvni li ħabbarna li ġie nieqes fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, jiġi l-kuġin tal-Membri Parlamentari Ian Vassallo Hagi. Ian fuq il-mezzi soċjali tiegħu qasam id-dettalji tal-funeral li ħabbret oħt il-maħbub Arnold Farrugia.

Hi kitbet, "Il-funeral tal-għażiż hija Arnold Farrugia ħa jsir nhar il-Ġimgħa 19 ta' April, fis-14:00 fil-knisja parrokkjali ta' Ħad-Dingli. Min irid mill-ħbieb tiegħu jistgħu jilbsu ħwejjeġ camouflage b'memorja tad-delizzju li tant kien iħobb. Min għandu sfafar tal-pluvieri jew tal-papri jġibom miegħu ħalli nagħtuh salut hu u ħiereġ mill-knisja."

Mill-ġdid f'isem it-tim ta' Gwida, insellmu l-memorja għażiża tiegħu u ngħaddu l-kondoljanzi lill-familja kollha tiegħu f'dan iż-żmien diffiċli għalihom.

Facebook / Arnold Farrugia


Emil Calleja Bayliss