L-artista lokali Georgina Abela, li rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-1991 ma' Paul Giordimaina u rajnieha f'tant u tant spettakli matul is-snin, illum tiċċelebra għeluq sninha.

Georgina miżżewġa lil Mro. Paul Abela allura l-mużika tista' tgħid minn dejjem kienet parti kbira mill-ħajja tagħhom. Mhux sorpriża li t-tifel tagħhom l-Mro. Ryan Paul Abela ħareġ iħobb il-mużika wkoll.

Barra li rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest, Georgina kitbet ukoll numru ta' kanzunetti inkluż il-kanzunetta Another Summer Night li rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-2001.

Rajnieha tkanta b'numru ta' lingwi u ċertament toħroġ qalbha meta tkanta bil-lingwa Maltija. Kanzunetta oħra li tibqa' magħrufa għaliha hija l-kanzunetta Fomm Il-Vjolin li biha kienet rebħet il-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija.

F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lil Georgina l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha sena mimlija saħħa, ferħ u enerġija. Nittamaw li nkomplu nisimgħu l-vuċi sabiħa tagħha għal ħafna u ħafna aktar snin.

Awguri Georgina!

Instagram / Georgina Abela


Emil Calleja Bayliss