Il-kantant lokali Klinsann Coleiro f'dawn l-aħħar jiem ippubblika filmat tiegħu b'interpretazzjoni mill-aqwa tal-kanzunetta For The First Time, oriġinarjament ta' The Script.
Għal darb'oħra apparti li l-kanzunetta xerqitlu perfettament, Klinsmann kellu rispons mill-isbaħ u l-interpretazzjoni tiegħu intgħoġbot minn ħafna segwaċi u utenti ta' TikTok. L-aqwa reazzjoni li kellu kien il-kumment li tħalla mill-grupp innifsu, The Script.
Klinsmann wieġeb biex jesprimi kemm japprezzahom u kemm hu grat lejn l-appoġġ li wrew. "Dan ġenwinament sebbaħ il-ġurnata tiegħi. Intom kontu ta' influwenza kbira għalija bħala awtur tal-kanzunetti. Nirringrazzjakom għall-appoġġ u għall-ispirazzjoni li qsamtu ma' ħafa minna biex naħdmu fuq il-ħolm."
Prosit kbira Klinsmann, u nixtiqulek ħafna suċċessi!
Facebook/ Klinsmann