Permezz ta post fuq il-paġna ta’ Facebook Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja, Naxxar, għadhom kemm ħabbru l-mewt ta’ membru minn tagħhom.

Graziella kellha biss 34 sena u kienet omm ta’ żewġ ulied żgħar. Bosta ddeskrivew lil Graziella bħala mara b’qalbha tajba ferm u ħafna fakkru f’kem hi kienet tagħti l-kontributt tagħha fil-festa tar-raħal.

Persważ li n-nuqqas ta’ Graziella se jinħass ferm fir-raħal li hi tant kienet tiddedika ħin għalih u tant kienet tħobb.

Strieħ fis-sliem!


Charlton Cefai