Aktar ma tqalleb fuq Facebook aktar tilmaħ kitbiet b’ritratti ta’ klieb li għadom ifittxu d-dar dejjiema tagħhom fejn sfortunatament mhumiex ixxurtjati daqs il-klieb li għandna d-dar. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Animal Welfare Gozo laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Tequila, kelba li għadha qed tfittex id-dar dejjiema tagħha.

Huma qalu, “Din il-kelba tant sabiħa qed tfittex id-dar dejjiema tagħha. Din hi Tequila, kelba mħallta ma’ tal-Labrador, ta’ daqs medju. Għandha madwar 8 snin. Ta’ man nies, u taf tmur sew ħafna ma’ klieb u qtates oħra. Jekk intom interessati li taddotawha, iktbulna messaġġ privat.”

Aqsmu ma’ sħabkom dan l-artiklu forsi jirnexxielna nsibu dar lil Tequila!


Charlton Cefai