Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Maltese Islands Weather qasmu għal darb’ oħra rapport tat-temp dettaljat għal għada t-Tnejn 26 ta’ Frar.

Huma bdew billi qalu, “temp ftit għal varjabbilment imsaħħab. L-ogħla temp 17°C (tinħass 17°C) u l-anqas temp 12°C (tinħass 11°C). Ir-riħ Majjistral Forza 7 għal 8, li jonqos u jsir Forza 4 għal 5 sa tard filgħodu imbagħad jaqleb Lbiċ. Varjazzjoni ta' Umdita' 60% sa 85%. Xita Prevista (stima ta’ medja nazzjonali) 0 mm. Indiċi UV 4 (Moderata.)”

Komplew billi żiedu jgħidu, “il-kundizzjoni tal-Bahar qawwi ħafna għal Moderat. Direzzjoni tal-Mewġ Majjistral għal Lbiċ. L-għoli medju tal-mewġ 4.7 metri għal 1.7 metri. Kundizzjoni ta’ l-Imbatt baxx Xlokk għal Majjistral. It-temperatura tal-baħar 16°C.”


Charlton Cefai