Anna Vella, mara li ddedikat ħajjitha biex tieħu ħsieb il-qtates li jkunu sfaw barra mingħajr saqaf fuq rashom, kitbet messaġġ ta’ ispirazzjoni fuq il-paġna tagħha li jispjega xi ftit iktar għalxiex hi għażlet li tiddedika ħajjitha b’dan il-mod.
Hi kitbet, “Fil-ħajja, mhux kemm ikollok flus jgħodd, jew kemm int sabiħ, jew famuż. Jgħodd kemm taf tapprezza kollox, kemm taf tħobb u kemm tgħix. Grazzi lil kull min jgħinna nkomplu ngħinu biex mit-toroq nagħtu soqfa, ikel, mediċini, u vets. Grazzi ħbieb.”
Dan il-messaġġ profond ifakkar x’inhu l-vera punt tal-ħajja, li tkun tħobb u tapprezza kollox. Nirringrazzjawha mill-qalb tal-ġid kollu li tagħmel mal-annimali u nagħtuha l-kuraġġ biex qatt ma taqta' qalbha.
Facebook / Anna Vella